Steve Dalli, żgur li wiċċu mhux ġdid, hu attur u wieħed mill-imħuħ wara Sharp Shoot Media. Fuq il-Facebook personali tiegħu, Steve tella' li jaqbel mal-proposti li qed jgħaddi l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fir-rigward tal-vaċċin, avolja ma jaqbilx miegħu politikament. Steve jgħid, "nemmen li din tal-vaċċin hija viljakkerija."

Steve jgħid, "Jiena għandi minn tal-inqas żewġ min-nies veru viċin tiegħi u l-familja tiegħi li ftit sigħat wara l-vaċċin qegħdin ibatu b'qalbhom. Il-familja tiegħi qed tbati. Issa dawn x'se jagħmlu? Dan huwa lil hinn 'l bogħod minn jekk il-vaċċin jaħdimx jew le. Il-gvern jippreferi li litteralment jinjora dan il-fatt u xorta jġiegħel lin-nies jitlaqqmu bilfors. Ara x’kuxjenza jrid ikollok!"

Hu saħansitra jressaq dawn il-ħames punti:

  1. "Daqs kemm hawn tobba favur il-vaċċin, hawn kontra. Nistgħu nisimgħuhom please? Jista' jkollna debate bħan-nies fuq t-TV?"
  2. "Huwa fatt lin-nies qed ikollhom riperkussjonijiet serji bil-vaċċin ISSA. Nistgħu nirraportawhom ukoll please? Uħud minn dawn in-nies huma nies pubbliċi!"
  3. "Il-varjant Omicron huwa dikjarat uffiċjalment inqas letali mill-varjanti ta’ qablu, mela titmejlux bin-nies li l-imwiet naqsu ħabba l-vaċċin biss. Irrapportaw sew please."
  4. "Tistgħu tirrapportaw il-fatt li minn dawk li qed imutu, xorta hemm nies vaċċinati? U mhux kull min miet, miet bil-Covid iżda b’affarijiet oħra!"
  5. "Jgħidu x’jgħidu fuq kemm ilu jiġi studjat dan il-vaċċin, l-ebda xjentist ma jista’ jgħidilna x’se jkunu r-riperkisjonijiet futuri dwar dan il-vaċċin. Issa l-ewwel darba li ngħata fuq massa kbira ta’ nies, u fadal snin biex nifhmu x’se tkun il-ħsara. M’hawn xejn fid-dinja li m’għandhiex side effects."

Steve ikompli jżid, "Min se jikteb li qas l-ikel li nieklu ma nafu x’fih, ngħidlu li dan ħadd mhu qed iġiegħlni nieħdu bilfors, mela l-argument tiegħu ma jreġix. Kulħadd għandu jitħalla fil-libertà. Min irid jieħdu u min le. Jekk ħadt il-vaċċin, mela emmen fih li int protett. Emmen ukoll li xorta qed ixxeerdu. Tiddiskriminax lil min ma ħadux u lanqas għandek tibża' minnu."

Steve jagħlaq billi jgħid, "Però kull min jixtieq li ħaddiehor jieħu l-vaċċin bilfors; huwa viljakk, arroganti, egoist u bla kuxjenza. Kull min se jiktibli li din hija ‘conspiracy theory’ jew ‘toilet research’, huwa wkoll viljakk u bla kuxjenza, għax dan kollu qed narah u nġarrbu jien stess."


Emil Calleja Bayliss