Fuq il-programm Manicolo&Co, Melanie Kelly fetħet qalbha dwar kemm hi sfortunata fejn jidħlu l-bagalji għaliex jidher li qatt ma jaslulha fejn suppost.

Hi spjegat, “Jiena għandi xi ħaġa li kull fejn insiefer jitilfuli l-bagalja. Tant saret normali li issa qbadt tracker.”

Hi kompliet tispjega li s-sena l-oħra kienu telgħin New York u waqfu Londra. Il-bagalja skont it-tracker ma kinitx fuq l-ajurplan, imma tant kienet preparata li fil-bagalja li żżomm fl-idejn kellha kollox għal tlett ijiem.

“Għamilna tlett ijiem qas naf x’ilbisna, naħslu l-istess qalziet ta’ taħt u nerġgħu nilbsuh, l-istess kalzetti...” spjegat Melanie Kelly.

Hi qalet li din għaliha swiet ta’ tagħlima li m’għandekx bżonn tippakkja wisq affarijiet għaliex minkejja li kellhom jaħslu l-istess ħwejjeġ għal dawn it-tlett ijiem, xorta ħadu ħafna gost fuq din il-vaganza.

Facebook / Manicolo &Co


Gabriella Borg