Fuq il-paġna tagħhom The People of Malta qasmu l-istorja ta' Adriana Caruana Soler. Adriana hija dilettanta tal-karozzi, iżda ma tistax issuq minħabba l-epilessija. Skopriet il-kundizzjoni meta kellha 10 snin, wara li l-għalliema nnutat li r-rispons tagħha kien bilmod. L-epilessija affettwat l-edukazzjoni tagħha u ħasset il-bżonn li taħbiha fl-iskola sekondarja.
Fl-età ta’ 17-il sena, ġarrbet l-ewwel seizure minħabba l-istress. Minkejja kollox, kompliet l-istudji fl-MCAST u bdiet taħdem f’Mater Dei. Qatt ma qatgħet qalbha - tgħallmet idoqq il-pjanu u l-klarinett, ingħaqdet ma’ St John’s Ambulance u issa hija voluntiera ma’ Caritas Malta.
Illum hija miżżewġa u omm ta’ tifla. Tgħid li n-nies għadhom jittimbraw lil dawk bl-epilessija b’mod żbaljat, iżda tħeġġeġ lil kulħadd biex ma jaħbix il-kundizzjoni u jsib l-appoġġ li għandu bżonn.
Facebook / The People of Malta