Maria Borg Vella qajmet diskussjoni importanti dwar dak li rat illum ,fil-Festa ta’ San Ġużepp, u qasmet xi fatti li xi wħud forsi jinsew dwar il-ħajja tiegħu. Huwa importanti li nkunu nafu l-importanza ta' dak li qegħdin niċċelebraw, u x'nistgħu nitgħalmu minnha.
“Jien u miexja ħdejn il-knisja ta' Ġieżu rajt politiċi miż-żewg naħat tal-kamra. Illum infakkru lil San Ġuzepp ħaddiem. Din okkażjoni sabiħa biex jiftakru fil-parlament jgħaddu l-legislazzjonijiet li jgħinu l-ħaddiema fosthom dwar is-saħħa u s-sigurtà u l-prekarjat. San Ġuzepp kien mastrudaxxa imma qeda’ dmiru b'mod eżemplari. Kien ukoll għal ftit żmien persegwitat u kien refuġjat. Dan sabiex nagħrfu li meta niċċelebraw festa nifhmu wkoll l-merti tal-qaddis ladarba nagħżlu li niċċelebraw” kitbet.