Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, waqt Serataron sirna nafu xi ħaġa simili li ġrat kemm lil Liam Carter u anke lil Ron stess.

L-ewwel Ron beda billi żvela li Liam huwa bniedem vanituż u li jsaqsi lil kru li jaħdem miegħu sabiex joħodlu r-ritratti. Meta rrefera għal x’kellhom simili hu u Liam, żvelaw li meta Liam mar f’Tigne u kien qed isir it-tindif minħabba l-Covid-19 iddeċieda li jagħmel hekk hu wkoll u spiċċa biex waqa’ darbtejn bl-iscooter.

Liam qal ukoll li kien hemm min ried ikun jaf f’liema sezzjoni kien fl-istabbiliment sabiex ikun jista’ jakwista l-filmat ta’ Liam jaqa’.


Henzley  Bezzina