Il-kantanti lokali Neville Refalo u Corazon Mizzi għadhom kif laqgħu fi ħdanhom żewġt itrabi. Corazon kienet tqila b'tewmin u jidher li welldet aktar kmieni llum. Din hi sopriża għal ħafna minħabba li l-kantanti ddeċidew li ma joħroġux din l-aħbar pubblika.
Ftit tal-minuti ilu Neville kiteb, "Inħabbru b'ferħ kbir li għandna tewmin. Qatt ma konna nafu l-kuntentizza bħal-lum. Illum uliedna ħadu l-ewwel nifs tagħhom, u qatgħu tagħna. Jien u l-mamà tagħhom inħossuna kompluti b’familja l-ġmiel tagħha."