L-attriċi u direttriċi lokali Evelyn Saliba La Rosa kitbet dwar l-aħħar episodji tas-sensiela LUNA li għadhom kemm ġew iffilmjati. Jidher li x-xeni tal-karattru ta' Donna Pina huma lesti, u iktar minn qatt qabel, Evelyn tinsab ħerqana biex it-telespettaturi jibdew isegwu.
"U Donna Pina bil-lest. Kemm ħadt gost li jkolli lilha f’ħajti, anke jekk għal ftit żmien! Jien u hi kellna ħafna inkomuni! Taraw għaliex meta jixxandar il-Finali tal-Istaġun ta' LUNA fl-aħħar ta’ Marzu. Titilfuhx!"
Xerrdet ritratt li anke juri xena tagħha tinterpreta l-karattru ta' Donna Pina. LUNA dalwaqt ser ikun qed jirritorna fuq TOKIS. Lesti?