Il-preżentatur Karl Bonaci jirċievi messaġġ ta' tifħir mingħand l-MP Robert Arrigo li bħalissa jinsab għaddej bit-trattament kemxejn intensiv. Karl għamel stedina lil Robert hu dan aċċettaha mill-qalb u sakemm saħħtu tagħtih, Robert ħa jkun qed jingħaqad ma' Karl fuq F Living. Dwar dan Robert ħalla messaġġ.
Robert Arrigo jgħid, "Karl Bonaci. Ġentlom ta' veru. Wiċċ l-F living u t-tim tiegħu. Karl jibgħatli messaġġi kuljum. Mhux ta’ b’xejn li l-programm tiegħu huwa fil-quċċata. Down to earth, programmi umani, mistednin fissi kbar li jonorawh. Jien onorat li stedinni għal din il-Ġimgħa fis-13.30. Nittama li bil-ftit saħħa tiegħi, inkun miegħu. Grazzi Karl."
Sabiħ li dak li jkun, ikun apprezzat tax-xogħol u l-ħidma li jagħmel. Xogħol u ħidma li dan l-aħħar uriet il-frott hekk kif il-programm ta' diskussjoni ta' Karl Bonaci fuq F Living spiċċa fil-quċċata fost il-programmi tax-xorta tiegħu.