Fuq il-paġna Ftit Minn Kollox, in-narratur jikteb dwar l-attriċi Julia Roberts li riċentament tkellmet dwar għaliex tidher akbar minn ħafna artisti oħrajn.
Hi qalet, "Jien nixjieħ b'dinjità, umoriżmu u serenità. M'għandix facelift jew Botox, u naf li skont l-istandards ta' Hollywood, qed nirriskja l-karriera tiegħi. Jekk ma jridux jagħtuni rwol għax nidher xiħa, imbagħad nibda nipproduċi x-xogħol jien u nagħżel lil min irrid jien. L-importanti hu li ma nieħux dan ix-xogħol bis-serjetà.”
Hi kompiiet tispjega, “Naf ħafna ommijiet li jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja: dawk huma l-problemi serji, dawk huma n-nisa li nammira, li jibqgħu sbieħ u b’saħħithom anke meta kollox ikun diffiċli. Onestament, għandi biżgħat oħra: nibża' għall-uliedi, li ma nkunx nista' nipproteġihom minn xi ħadd li jista' jkun irid jieħu vantaġġ minnhom. Għalija huwa aktar importanti li nħossni tajjeb u nikkontribwixxi biex il-familja tiegħi tgħix tajjeb. Jiena grata u napprezza dak kollu li għandi. Nirringrazzja lir-raġel tiegħi u lil uliedi kuljum. Għal din ir-raġuni, l-aktar mumenti importanti tal-ġurnata mhumiex dawk ta' fuq is-sett, iżda dawk tal-kolazzjon flimkien, fejn nitkellmu fuq kollox. Huwa mument maġiku."
Minn dan il-kliem vera turina li minkejja l-popolarita’ li kisbet bħala attriċi mill-aqwa, hi baqgħet umli u tapprezza li l-familja hija l-veru sens tal-ħajja.
Facebook / Ftit Minn Kollox