Żgur li bosta min-nies jafu lil Soraya mill-parti brillanti ta' Mari f' Division 7! Għal jum l-ewwel tas-sena, t-tim ta' Gwida.mt tkellimna ftit mal-attriċi bravissima Soraya Chetcuti, u dawn huma ftit kurżitajiet dwarha:

Għandek xi pjanijiet għal jum l-ewwel tas-sena?

Bħala pjanijiet m’għandi xejn partikolari però huwa jum li nipprova inhallih rilassanti kemm jista' jkun.

Hemm xi tradizzjoni partikolari li ta’ kull sena tagħmel f’ dan il-jum sabiħ?

Inħobb inħalli il-jum vojt mill-impenji kemm jista' jkun, niddedikah biex nirrifletti naqra fuq is-sena il-ġdida.

Għandu xi sinifikat speċjali għalik dan il-jum?

Nemmen li bħala l-ewwel jum tas-sena jkun riflessjoni għal matul is-sena li ġejja, nipprova ngħaddih bl-aktar mod rilassanti u nghamel dak li nhobb ghal kwiet

Bosta jiftakru sew il-karattru tiegħek ta’ Mari f’ Division 7. Għandu xi karatteristiċi fih sinonomi mal-karattru tiegħek fil-ħajja ta’ kuljum?

Minn Mari hemm diversi karatteristiċi li għandha Soraya. Ċajtiera, kummidjanta u wkoll qalbha tajba... Mari huwa karattru marbut ma' qalbi

Xi jfisser għalik l-irreċtar?

Ir-reċtar? Ħajti! Jien nirreċta anke waqt li nkun rieqda fis sodda u ġieli anke kif inqum. Waħdi jew fil-pubbliku minn dejjem nafni nirreċta... Inħobb inkun wisq dak li m'inix fil-verita 🙂

Facebook/Soraya Chetcuti Queen


Charlton Cefai