Fuq il-paġna uffiċjali tagħha fejn tqajjem l’għarfien għal nies b’diżabilità, Jeanesse Abela wieġbet mistoqsija li diversi mis-segwaċi tagħha kienu jitħassbu dwarha għax kemm -il darba rċeviet l-istess mistoqsija. Il-ħwejjeġ li tilbes hi stess tagħżilhom?
Hi spjegat, “U din isaqsuhieli ħafna minnkom ukoll, li iva, jien nagħżel il-ħwejjeġ li nilbes kuljum jien stess u ħadd iktar. Ta’ tliet snin kont ma nitkellimx u ngħid lil ommi (li qiegħda fis-sema) u nuriha b’idi x’se nilbes.”
Nirringrazzjawha talli kontinwament tiftħilna iżjed għajnejna dwar kemm hi kapaċi tagħmel affarijiet b’mod indipendenti, u b’hekk tgħallimna iżjed dwar il-persuni b’diżabilità. Minn meta kienet għadha tifla żgħira, hi kienet diġa qed turi lil ommha x’tixtieq tilbes!
Facebook / Jeanesse Abela