Il-preżentatur ta' Radju Malta u awtur lokali Joe Julian Farrugia kellu risposta ħelwa u f'postha għal Boris Johnson. Boris spiċċa f'nofs kritika mal-poplu Malti għax qal li pajjiżna għandu l-aktar nies ħoxnin. L-istatistika turi li dan hu minnu iżda r-rispota ta' Joe Julian l-iktar waħda li rajna li f'postha, speċjalment f'dawn iż-żminijiet fejn id-dinja qed tiġġieled pandemija.
Hu jgħidlu, "Jien ma ħadtx għalija li għidtilna ħoxnin...anzi ħadtek bin-nejk bħas-soltu għax veru ħoxnin... jien l-ewwel wieħed għax aħna nieklu wisq u taf għala nieklu wisq? Għax jekk jinqalgħalna xi ħaġa, nafu li għandna servizz tajjeb ħafna tas-saħħa... biżżejjed tara kif morna aħna fil-Covid."
Ovvjament ma setax ma jagħlaqx billi jgħaddilu botta ħelwa dwar xagħaru bill jgħidllu li għal għeluq sninu għandu jfakkru sabiex jixtrilu moxt. Il-Maltin donnhom kollha qablu u ddeċidew li jaqbdu ma' xagħaru wara li qal hekk fuqna.