Kulħadd jaf min hi Maria Formosa u kulħadd jaf kemm tagħmel xogħol volontarju u mill-qalb, u din is-sena t-tim ta' Gwida.mt iddeċidejna nitkellmu ftit ma' Maria biex naqtgħu xi kurżitajiet dwarha!
L-ewwelnett, kif beħsiebek tqattgħu jum l-ewwel tas-sena? Għandek xi pjanijiet partikolari?
L-ewwel jum tas-sena bħal dawn laħħar snin ser inqattgħu l-ewwel mar-residenti li għandna ġewwa Dar Bjorn imbagħad niltaqgħu mal-familja tiegħi u ta’ Bjorn biex inqattgħu ftit ħin ta’ rilassament ingawdu lil xulxin. Nieħu okkażjoni minn dawn il festi minħabba li bl-impenji tagħna ta’ kuljum ma jkollix ċans narahom daqs kemm inkun nixtieq.
X’sinifikat għandu jum l-ewwel tas sena għalik?
Jien m’hinix persuna li nistenna l-ewwel tas-sena biex nibda jew nibdel xi ħaġa f’ħajti pero huwa bidu ta’ sena ġdida li jġalni naħseb u nħares il-quddiem biex kemm jista’ jkun nippjana li nsib ħin li nimla is-sena b’affarijiet żgħar li jagħmluni kuntenta apparti s-sodisfazzjon li jagħtina dan ix-xogħol.
Għandek xi tradizzjoni partikolari li tħobb tagħmel kull sena f’ dan il-jum?
Tradizzjoni ta’ kull sena hi li niltaqgħu għand in-nanna tiegħi li tant inħobb u ma ngħidx le għal kull ħaġa tal-ikel u xorb li toffrili! In-nanna tiegħi hija mara li tant inħobb u nammira, il-fsied tagħha tesprimih billi tieħu pjaċir malajr, kull meta tarani tlesti xi ħaġa tal-ikel jew tkun warbitili bil-moħbi.
Hemm xi reżoluzzjoni speċifika li beħsiebek tagħmel din is-sena?
M’għandix ħsieb ta’ reżoluzzjoni partikolari, pero nammetti li nixtieq nżomm ruħi aktar kalma u nkun inqas istintiva f’ċertu sitwazzjonijiet.
X’inhi l-aktar ħaġa fil-karriera tiegħek li int għamilt u int kburija biha?
Din is sena irnexxili nġib il-Masters, xi ħaġa li dejjem xtaqt li nasal għaliha. Pero liktar ħaġa li tagħmilni kburija hi li flimkien ma’ ħafna ħafna Maltin li għenuna bid-donazzjonijiet u il-perseveranza ta’ Bjorn qed ngħinu tant nies li għandhom bżonn. Meta nara lilhom u lil familjari tagħhom qed jgħixu iktar din id-diffikulta b’mod seren għaliex qed jirċievu l-għajnuna, dik hija tant xi ħaġa li tagħmilni kburija li kont parti minn din il-ħaġa.