Valentina u Nate kulħadd jaf li ilhom ħbieb diversi snin, tant hu hekk li meta Valentina bdiet fuq ir-radju mhux l-ewwel darba li tnejn spiċċaw b'xi argument bejnietom. Argument ta' bejn il-ħbieb.
Waqt Ħadd Għalik tal-Ħadd li għadda Nate qal, "Jien m'għandix tfajla ħabba Valentina." Jidher li jgħid hekk għax huma tant huma ħbieb kbar, li jiġġieldu qisu miżżewġin. Infatti Nate jistqarr li probabbli għandhom bżonn marriage counseling.
Hu jkompli jgħid li qisu għandu tfajla allura ma għandux bżonn tfajla oħra xħin imur id-dar. B'ċajta jgħid li waħda biżżejjed. Angie ssemmi l-episodju meta Valentina ċemplet numru ta' tfajliet li kien ħareġ magħhom Nate. X'ġara kien?
Segwu l-programm billi tidħol HAWN.