Illum 28 ta’ Jannar jaħbat għeluq snin Alison Agius, mart Chrysander Agius tal-grupp komiku DanuSan. Ir-raġel tagħha kitbilha paragrafu kif jaf hu, fejn esprima l-imħabba tiegħu lejha, imnebbħa mill-affarijiet ta’ kuljum li jgħaddu minnhom il-koppji.

“U ħsibt li se ninsa' eh Alison...ma nsejtx! Jien kont l-ewwel li kantajtlek qabel irqadna bejn riħa u oħra, l-ewwel wieħed li kantajtlek malli qomt, ovvjament bla pic għax Alla jaf x'jigri kieku! 43 sena nofshom miegħi ghajjejt inħares lejn l-account tal-bank, nitfi l-ACs minn warajk, insakkar u noħroġlok il-karozza... filwaqt li looking forward għal sena oħra ta' soppop tajbin, serati quarto grado u min jaf kemm serati oħra tiżfen b'id waħda 'l fuq!” kitbilha Chrysander.


Nicole Zammit