Fuq il-programm ‘Xanna?!’, Luca Lorenzo tkellem dwar storja li ġrat fi tfulitu.

Meta kien student fil-primarja, Luca kellu għalliem u dwar dan qal “ma kontx naħmlu saħta.” Għalhekk kellu bżonn mod biex lil dan l-għalliem jurih li m’għandux grazzja miegħu.

Luca tħajjar mill-premji li kienu jingħataw fuq l-istazzjon MTV u b’hekk fl-iskola fejn kien imur hu bdew “The Teacher Awards”, fejn Luca ħa ħsieb is-sistema elettorali ta’ dan. Luca beda jagħti dawn il-premji lill-għalliema tal-iskola u meta wasal biex jagħti l-premju lil dan l-għalliem, it-titlu kien tal-aktar għalliem li joboduh.

Għalkemm jidher li Luca kien daqsxejn imqareb, jidher li moħħu kien jilħaqlu ta’ dik l-eta.

Facebook / Luca Lorenzo 


Henzley  Bezzina