Illum il-ġenituri ta' Diego, Godwin u Sefora qed jiċċelebraw is-sitt anniversarju miż-żwieġ tagħhom. F'post fuq facebook, Sefora uriet l-imħabba u l-gratitudni tagħha lejn żewġha li minkejja dak kollu li għaddew, imħabbithom hija aktar b'saħħitha.

Diego huwa ċ-ċkejken li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu u biddel il-ħajja tan-nies ta' madwaru nkluż ta' Sefora u Godwin iżda bit-tlugħ u nżul, illum qegħdin jiċċelebraw il-jum li fih taw il-kelma lil xulxin.

"Int ir-re ta' qalbi, il-kalma fil-maltempata, ix-xemx fis-sema... Nagħmel x'nagħmel u mmur fejn immur, qalbi tappartjeni għalik!", kitbet Sefora.

Xi ġmiel ta' kliem u x'daqsxejn ta' pożittività! Hija lezzjoni tassew għal kulħadd, li fil-ħajja meta niltaqgħu ma' ntopp mhux inżarmaw kollox, imma ngħaddsu raħna u nirbħulu ħalli ma nitkissrux iżjed! Hemm nuru l-veru imħabba!

Awguri lilkom tassew!

Ritratt: Facebook/ I am Diego


Clifford Galea