Il-Kap tal-iskola primarja The Happy School tar-Rabat Għawdex qasam messaġġ li rċieva minn wieħed mill-purtinara ta’ din l-iskola.

Jidher li nhar il-Ġimgħa li għadda fl-iskola ma kellhomx aċċess għall-ilma u b’hekk kien hemm problema kbira għax l-ilma huwa bżonjuż fi skola fejn hemm fuq 400 student. L-għada, Lelio rċieva messaġġ minn wieħed mill-purtinara fejn dan qallu li mar jaħsel l-iskola s-Sibt filgħodu, jiġifieri fil-ġurnata fejn ma kellux jaħdem. “Jien ġejt ħsilt l-iskola kollha għax peressli lbieraħ konna bla ilma ma xtaqtx li jidħlu t-tfal ġol-ħmieġ” qallu l-purtinar.

Lelio għalaq billi kiteb “Kemm għandna nies ta’ qalb kbira jaħdmu fl-iskola ferħana tagħna. Kburi bikom!”


Henzley  Bezzina