Il-kantawtriċi lokali ftit tal-jiem ilu, kif ħabbarna fuq is-sit tagħna wkoll, saret omm. Hi welldet żewġ subien. Kien proprju l-għarus tagħha Neville li ħabbar din l-aħbar fuq il-midja soċjali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Il-koppja kienu żammew it-tqala sorpriża u jidher li għalissa ħa jagħmlu l-istess ħaġa bl-ismijiet.
Iżda ftit tal-mumenti ilu, Corazon tellgħat status fuq il-paġna tagħha fejn tat ħjiel ta' dik li probabbli hi l-ewwel ittra ta' isimhom. Jidher li hi għażlet żewġ ismijiet bl-ittra G. Kien hemm min prova jaqta' fuq dan l-istess status. Wieħed jistaqsi, tgħid ismijiet Maltin, Taljani jew forsi Ingliżi?
Corazon kitbet biss, "Jiem sħaħ nagħqad fl-istess żewġt ikmamar: ftit metri kwadri jesgħu d-dinja sħiħa. G ♥️♥️ G"
Facebook / Corazon Mizzi