Hekk kif se jibda Diċembru, jidher li fl-aħħar se jkun qed ikollna temp pjuttost xitwi. 

It-Tnejn u t-Tlieta, it-tbassir tat-temp jgħid li hemm ċansijiet ta’ ħalbiet iżolati tax-xita. It-temperatura massima se tkun ta’ 19-il grad celsius fiż-żewġ ġranet u l-minima tkun ta’ 11-il grad celsius nhar it-Tnejn u 12 it-Tlieta.

Nhar l-Erbgħa mistennija tkun xita, bit-temperatura massima tkun dik ta’ 20 grad celsius u minima 13. Il-Ħamis mistennija tkun ukoll ix-xita, bit-temperatura massima tonqos għal 18-il grad celsius.

Il-Ġimgħa mistennija maltempati bir-ragħad, bit-temperaturi mistennija jibqgħu l-istess bħal tal-ġurnata ta’ qabel.


Bernard Xuereb