Wara l-maltemp u l-ġurnata bir-riħ qawwi li kellna llum jidher li f’dan il-weekend se nesperjenzaw temp verament simili.

Il-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ tefgħet it-tbassir għal dan il-weekend fejn intqal li għada r-riħ se jibqa’ qawwi mill-Majjistral u se jkun temp imsaħħab. L-ogħla temperatura ser tkun dik ta’ 20°C għal għada u s-Sibt u l-Ħadd jaf titla’ l-aktar għal 23°C. Bassru wkoll li nhar il-Ħadd, apparti li se jkun temp imsaħħab hemm il-possibiltà wkoll li tinżel ix-xita u r-riħ se jkun bejn Forza 4 u 5.

Il-medja ta’ xita f’diversi postijiet madwar Malta llum kienet waħda kbira, speċjalment f’Għawdex, fejn laħqet 45mm fin-Nadur.


Henzley  Bezzina