Ix-xahar ta’ Ottubru huwa perfett biex wieħed imur għal xi mixja ma’ xatt il-baħar filwaqt li jiekol xi ħaġa tajba u jgawdi minn divertiment b’xejn. Kull tmiem il-ġimgħa matul Ottubru, il-Valletta Waterfront se jkun qed joffri varjetà t’attivitajiet marbuta mal-baħar immirati lejn il-familja kollha.
Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija u l-Ħadd waqt ħin l-ikla ta’ nofsinhar, kull min jattendi se jkollu ċ-ċans igawdi minn sensiela t’attivitajiet fosthom logħob life-size, kaċċa għat-teżor, mużika live, u ħafna aktar. Iva, hekk hu, hemm premju x’jintrebaħ fl-aħħar tax-xahar ukoll!
Bħall-bqija tas-sena, iċ-ċkejknin ikollhom xalata t’attivitajiet maħsuba għalihom fosthom mudelli bil-bżieżaq, face painting, krafts, u aktar. Barra minn hekk, se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ karattri popolari u l-famuż bouncy castle ma jonqosx ukoll!
Dan mhux kollox, lejn tmiem ix- xahar, hekk kif ikun riesaq il-Halloween, il-Waterfront se jieħu dehra oħra. Fil-fatt matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa t’Ottubru kif ukoll fil-lejla tal-31 tax-xahar, se jkun hemm trick-or-treating tul il-promenade fl-isfond tal-bibien ikkuluriti tal-Valletta Waterfront.
Dawk kollha li jattendu huma mħeġġa jilbsu xi kostum ukoll. Tinwketawx mhux se tkunu weħidkhom għax ħa jkun hemm numru ta’ karattri jduru u jqassmu ftit affarijiet tajbin f’dawn il-ġranet.
L-aqwa ħaġa hi li wieħed jista’ jgawdi minn dan kollu li semmejna mingħajr ebda ħlas! Jekk qed tistaqsu x’sar mit-teżor, aħjar tmorru sal-Waterfront matul Ottubru u tgħinu ftit fit-tfittxija. Min jaf x’ħa ssibu jistenniekom!
Jekk kurjużi sabiex issiru tafu aktar dettalji, tajjeb li żżuru s-sit tal-Valletta Waterfront, billi tagħfsu hawn: www.vallettawaterfront.com/octoberahoy.
Instagram / irina_khan_