L-attur li niftakruh l-aktar bħala ċ-ċkejken fis-sensiela ta' Strada Stretta Aiken Buhagiar, jidher li apparti d-dram u l-palk għandu għal qalbu wkoll l-isport popolari tal-kickboxing.
F'post li tella' fuq il-facebook tiegħu, irringrazzja lill-'master' tiegħu Noel Mercieca ta' opportunità li tah f'esperjenza li ser tibqa' għal qalbu. Fil-fatt, is-Sibt li għadda saret 'Gladiators Fight Night' fejn sar spettaklu ta' K1 u kickboxing. Dan huwa sport li storikament żviluppa mill-Karate u tħallat ma' tekniċi tal-boxing. Huwa popolari mmens fil-Ġappun.
Ritratt: Martin Agius/ Aiken Buhagiar
Lura għas-sibt li għadda, fl-ispettaklu li sar kien hemm 'fighters' lokali u oħrajn minn pajjiżi barranin fosthom mill-Italja, Franza, il-Portugal u mill-Belġju. It-tim Malti kien irrappreżentat minn 10 'fighters' li wieħed minnhom ma kien ħadd ħlief Aiken Buhagiar. Prosit Aiken. Ispirazzjoni għall-oħrajn biex ninvoluv ruħna fl-isports ukoll!
Ritratt: Facebook/ Aiken Buhagiar