Ir-Reality Show popolari Below Deck: Mediterranean jidher li qed jinħadem f’Malta. Dan meta diversi parteċipanti u crew dehru f'postijiet Maltin wara li tellgħu materjal fuq il-midja soċjali.

Dan ġie kkonfermat mill-parteċipanti rikorrenti li dehru jiffilmjaw materjal promozzjonali.

Is-serje tirrakkonta l-ħajja tal-membri tal-ekwipaġġ li jaħdmu u jirrisjedu abbord superyacht ta’ 50 pied matul charter fil-Greċja (Staġun 1),  Kroazja (Staġuni 2 u 6), l-Italja (Staġun 3 ), Franza (Staġun 4) u Spanja (Staġun 5).

Issa s-seba ’staġun se jkun issettjat f’Malta.


Bernard Xuereb