Jidher li Dale u Nicola, li spiċċaw fost il-finalisti tal-ewwel staġun ta' Love Island Malta, ħassru. Dan ġie żvelat mill-paġna soċjali ta' VIBE FM ftit tal-mumenti ilu. Meta wieħed jidħol fuq il-mezzi soċjali tagħhom jirrealizza li m'hemm ebda ritratt tal-koppja flimkien għajr wieħed fuq il-profil ta' Dale meta l-koppja kien għadhom fil-villa ta' Love Island.
Il-koppja damu flimkien kważi sena u nofs, u kollox kien jidher li sejjer ħarir. Darba minnhom anke ħabbru li ħassru biex jaraw ir-reazzjoni tan-nies, iżda rriżulta li ma kienx vera iżda kien biss esperiment soċjali.
Jidher li issa l-koppja m'għadhiex flimkien u t-tnejn li huma qabdu t-toroq individwali tagħhom. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom li jkomplu għaddejjin bil-vjaġġ tal-ħajja tagħhom. Ikomplu jikbru, jitgħallmu u jiskopru min huma u dak li jixtiequ f'ħajjithom.
Min jaf, forsi ma jdumux ma jerġgħu jsibu l-imħabba ma' xi ħadd ieħor iżda din id-darba 'l bogħod mill-għajnejn tal-pubbliku. Awguri!