Dan is-sajf huwa wieħed verament qalil u s-sħana li qed tagħmel hija waħda kbira. Fil-fatt, sa nhar il-Ħamis it-temperatura se tkun qed tinħass sa 41°C.

Il-paġna Malta Weather ħabbret li f’Awwissu ser ikollna sħana tremenda f’Malta u Għawdex u t-temperatura mistennija tibqa’ aktar minn medja sa minn tal-inqas nofs Awwissu. Dan minħabba “firxa ta’ pressjoni għolja li testendi mill-Afrika ta’ Fuq. It-temperatura tal-baħar mistennija anke titla’ sa 31°.


Henzley  Bezzina