L-għalliem tad-drama u kantant Ludwig Galea, kien mistieden fuq il-programm ta’ diskussjoni Awla. Ludwig stqarr li jiddispjaċih ħafna li kien kontra d-divorzju. 

“Inħossni li kont kompletament żbaljat fuqha,” qal Ludwig li kien anke parti mill-kampanja kontra d-divorzju. Hu spjega li parti mir-raġuni tiegħu għalfejn ma għadux jaħsibha l-istess hi l-fatt li it-tfal jispiċċaw vittmi ta’ nkwiet fil-familji, “Min qed imur l-agħar? It-tfal!”

“Grazzi għad-divorzju, fejn qabel il-każijiet ukoll tal-knisja, [kienu jdumu għaddejien] 17-il sena jew 15-il sena, dawn miexjin ukoll. Tistgħu taraw il-filmat hawn taħt.

Facebook/ Awla/ Ludwig Galea


Bernard Xuereb