Puttinu Cares iħabbru d-dettalji tal-funeral tal-għażiż Logan li ġie nieqes barra minn xtutna fil-jiem li għaddew. Logan se jkun qed jingħata l-aħħar tislima proprju nhar il-Ħamis.

Puttinu Cares fuq il-mezzi soċjali tagħhom jiktbu, "Jiddispjaċina immens għat-telfa taż-żagħżugħ Logan Deguara, 22 sena, li ħalliena wara li ilu iktar minn 6 xhur għal kura ġewwa l-Ingilterra. Il-funeral se jsir nhar il-Ħamis, 31 t’Ottubru, fit-8.30 fil-parroċċa tal-Fgura. Inżommu lill-familja tiegħu fit-talb tagħna."

F'isem it-tim ta' Gwida, mill-ġdid insellmu l-memorja ta' Logan u nittamaw li l-familja tiegħu ssib is-sabar li tant għandha bżonn f'dan iż-żmien.


Emil Calleja Bayliss