Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantawtur Philip Vella. Philip twieled fl-1958 u b'hekk illum hu jagħlaq 64 sena. Irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-2000, 2002, 2004, 2007, 2008 u fl-2017.

Rajnieh jikkompeti f'diversi konkorsi lokali, kemm bħala kompożitur, kif ukoll bħala kantant fosthom kien hemm il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, L-Għanja tal-Poplu, Mużika Mużika u l-Malta Eurovision Song Contest.

Madwar sentejn ilu hu nieda album mużikali bl-isem ta' 60+ li fih siltiet differenti li niżlu tajjeb immens mal-udjenza Maltija, speċjalment is-silta Ġenna u Infern. Siltiet oħra li n-nies jibqgħu jsemmu hemm is-silta Pa, Għalfejn Tħobbni Daqshekk, Rajt Raġel u Il-Verità.

F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Philip Vella l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkompli jagħtina aktar u aktar kanzunetti sbieħ bil-kompożizzjonijiet tiegħu. Awguri għal aktar suċċessi.


Gwida.mt