Jidher li llum ħa jibda l-filming tal-programm The Voice Kids Malta, programm li hu mistenni minn bosta speċjalment dawk li jħobbu jsegwu kompetizzjoni tal-kant u jħobbu jaraw lit-tfal jagħmlu dak li tassew jieħdu gost jagħmlu, jaqsmu t-talent tagħhom ma' eluf ta' telespettaturi li hu mistennija jsegwu l-ewwel edizzjoni ta' The Voice Kids Malta.
Minn ritratt li ttella' fuq il-mezzi soċjali jidher li l-istadju tal-auditions ħa jkun qed jiġi miġbud ġewwa t-Teatru Manoel. Dan hu ċans uniku għal dawn it-tfal li barra li jkantaw quddiem tliet idoli; Destiny, Owen Leuellen u Gianluca Bezzina - imma wkoll ikantaw fuq il-palk tat-Teatru Manoel. Teatru li hu meqjus wieħed mill-aktar rikki f'pajjiżna.
L-eċitament ikompli jiżdied. Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil dawk kollha li applikaw l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollhom esperjenza pożittiva u jkun xi jkun ir-riżultat, jibqgħu jaħdmu biex jaraw il-karriera tagħhom tikber. Awguri minn qalbna.
Facebook / The Voice Kids