Wara żieda enormi ta’ każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta, b’total ta’ 150 sal-lum, ċertu organizzaturi ddeċiedu li jikkanċellaw erba’ avvenimenti tal-massa li suppost kellhom isiru f’Awissu u Settembru li ġej.

Il-festivals li ġew ikkanċellati huma l-BPM Festival, Rhythm + Waves, Escape 2 The Island u Back In The Future.

party

Il-kanċellazzjonijiet seħħu wara li l-gvern introduċa sett ġdid ta’ miżuri lbieraħ filgħaxija, fejn in-numru ta’ nies li jistgħu jattendu l-avvenimenti tal-massa tnaqqas bil-kbir u ġew implimentati miżuri ħorox ta' distanza soċjali.

Jidher li għamilna pass ’il quddiem! Nittamaw li aktar avvenimenti tal-massa jiġu kkanċellati - l-ewwel is-saħħa tagħna, imbagħad id-divertiment.


Nicole Barbara