Drew Lang huwa l-istess persuna li semmew Puttinu Cares fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, li qed jagħmel tant ġid għal min hu fil-bżonn permezz tal-ġiri. 

"Ma nistgħux ningħaqdu miegħu però nistgħu ntuh kuraġġ billi nagħfsu LIKE u SHARE. Dan huwa Drew Lang, jiġri maratona ta' iktar minn tlett sigħat għal Puttinu Cares kuljum għal 30 ġurnata sħaħ." Flimkien mar-ritratt tiegħu li xerrdu t-tim ta' Puttinu talbu l-appoġġ tagħna lkoll billi sempliċiment nuru mħabba u gratitudni lejh permezz tar-reazzjonijiet fuq il-midja soċjali. 

Tajjeb li nuru l-appoġġ tagħna u nxerrdu din il-missjoni ta' Drew Lang! Prosit u ibqa' sejjer hekk għażiż!


Kyle Zarb