Xjentisti li jaqsmu fil-qasam mediku qegħdin jippruvaw fuq in-nies vaċċin li joqtol iċ-ċelloli tal-kanċer. Dan il-virus jismu Vaxinia, u mmanipulawh b’mod speċjali x-xjentisti sabiex joqtol dawn iċ-ċelloli ħżiena filwaqt li jsaħħaħ is-sistema immunitarja, li tbati waqt li wieħed ikun qiegħed ibati mill-marda tal-kanċer.
Huwa previst li dan il-vaċċin jintuża ma’ pirmli jew misturi oħrajn sabiex flimkien jaħdmu biex jooqtlu tumuri li jkunu trabbew fil-ġisem. Dan il-proġett ilu għaddej snin issa, u qabel ma x-xjentisti pruvawh fuq in-nies, pruvawh fuq l-annimali qabel, b’riżultati pożittivi ferm. Huma qegħdin jgħidu li dan l-esperiment ser jitlesta sal-2025, u ser jiġi ttestjat fuq 100 persuna differenti li għaddejjin mill-marda tal-kanċer.