Ilbieraħ waqt l-episodju tat-tieni staġun ta' MasterChef Malta, il-parteċipanti ġew mogħtija sfida kemxejn stressanti. L-ingredjent ewlieni f'din l-isfida kien il-bajd, u riedu joħolqu xi ħaġa impressjonanti u ta' livell. Ma kinitx sfida faċli li tagħti platt ta' dan it-tip għal-livell ta' MasterChef.

Sfortunatament wara din l-isfida Max ġie mitlub iħalli l-kompetizzjoni, u b'hekk huwa l-ewwel eliminat tat-tieni staġun. It-tim kiteb kelmtejn għal Max kif ukoll xerred ritratti mill-vjaġġ tiegħu.

"Il-vjaġġ ta’ Max fil-kċina ta’ MasterChef Malta wasal fi tmiemu, iżda d-dedikazzjoni u t-talent tiegħu mhux se jintesew. Nawgurawlu l-aħjar, u ħerqana biex naraw aktar mill-vjaġġ tiegħu tat-tisjir!," jikteb it-tim.

Qbilt mal-għażla tal-ġurija?


Kyle Zarb