Il-vaċċini li diġà huma approvati huma dawk ta’ Pfizer, Moderna, AstraZenera u Johnson&Johnson.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) għadha kif approvat vaċċin ieħor. Din id-darba, dan il-vaċċin ġie maħluq miċ-Ċina u huwa l-ewwel vaċċin li ma ħariġx mill-Ewropa li ġie approvat mill-WHO.
Għall-bidu kien qed jidher li l-effiċjenza ta’ dan il-vaċċin ma kinitx qed tikkonvinċihom imma issa l-WHO qalu lli vvalidaw is-sigurtà u l-kwalità ta’ dan il-vaċċin li ħareġ mill-kumpanija Sinopharm.
Huwa rrakomandat li dan il-vaċċin jingħata lill-persuni li għandhom iktar minn 18-il sena.
Facebook / World Health Organization (WHO)