Riċentament iżżewweġ il-preżentatur popolari Owen Bonnici lill-maħbub tiegħu Luke Vella, f’tieġ bellezza imdawrin b’dawk kollha li jħobbuhom.
Persważ li Owen m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni mas-segwaċi tal-ispettaklu lokali hekk kif rajnih f’diversi programmi u produzzjonijiet. Fosthom insibu Mini Bugz, Teletubi, Londri u Prime Time.
Fost il-mistednin, Charles Van Maarschalkerweerd Borg qasam bosta ritratti meħudin waqt it-tieġ fejn qal, “x’tieġ mill-aqwa kien! Prosit kbira.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlkom minn qalbna u nittamaw li kellkom jum mill-isbaħ u memorabbli!
Facebook/Luke Vella