Illum ġurnata speċjali għall-maħbubin Dario Bezzina u Brian Mifsud għaliex għadhom kemm qalu iva lil xulxin biex jingħaqdu għal dejjem fiż-żwieġ.

Bosta qraba u ħbieb ferħulhom f’din il-ġurnata speċjali fosthom Anthea Spiteri li kitbitilhom, “Eċċitata, ferħana u emozzjonata li wasal il-jum tagħkom. Flimkien niċċelebraw l-imħabba tagħkom. Kemm memorji sbieħ flimkien, imma ċerta li tal-lum bil-wisq akbar. Inħobbkom għeżież Dario Bezzina u Brian Mifsud.”

Filwaqt li Annabelle Vella kitbitilhom, “Għażiż Dario, il-ġurnata l-kbira tiegħek fl-aħħar waslet, ma nistax nemmen li ilna nafu lil xulxin minn meta konna tfal, inkantaw flimkien, u issa se tibda dan il-kapitlu ġdid. Nawgura lilek u lill-għażiż Brian l-imħabba u l-ferħ kollu fid-dinja.”

It-tbissima fuq fommhom waqt din il-ġurnata speċjali tixhed kemm qalbhom verament qiegħda tfur bl-imħabba.

Nawgurawlkom l-isbaħ xewqat u ħajja miżżewġa mimlija mħabba u hena.

Facebook / Dario Bezzina u Brian Mifsud


Gabriella Borg