Illum, il-Mro. Paul Abela u martu, il-kantanta u awtriċi Georgina Abela, qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Il-Mro. Paul Abela qasam ritratt tagħhom it-tnejn fejn kiteb, "Awguri fl-anniversarju tagħna. Għal ħafna aktar...".

Il-Mro. Paul Abela huwa kompożitur li żgur m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni f'pajjiżna, hu jibqa' magħruf għall-ħidma tiegħu fuq diversi kanzunetti popolari kif ukoll għal proġetti akbar bħal Ġensa. Rockopera li ħalliet impatt qawwi fuq ix-xena mużikali Maltija u daħlet fil-qlub tal-Maltin u Għawdxin.

Georgina, min-naħa tagħha, kisbet suċċess kbir bħala kantanta u awtriċi ta’ numru ta' kanzunetti, u flimkien, huma formaw tim artistiku qawwi li sawwar il-mużika f'Malta għal ħafna snin. Iż-żewġ artisti għandhom tifel, il-Mro. Ryan Abela, li segwa l-passi tal-ġenituri tiegħu fid-dinja tal-mużika, u sar mużiċist rispettat f’pajjiżna.

L-eredità mużikali tagħhom għadha għaddejja, fejn l-ispirtu kreattiv tagħhom ikompli jispira ġenerazzjonijiet ġodda ta' mużiċisti lokali. Awguri lil Mro. Paul Abela u Georgina f'dan il-jum speċjali. Nawgurawlhom dak kollu li tixtieq qalbhom!

Facebook / Paul Abela


Emil Calleja Bayliss