F'jum għeluq snin l-attur, kittieb u direttur lokali Malcolm Galea, martu Angele tiktibilu messaġġ mill-isbaħ filwaqt li taqsam ritratt ta' Malcolm maż-żewġ uliedhom.

Angele tiddeskrivi lil Malcolm bħala mudell għall-uliedi, mudell minħabba li jħarsu lejh b'ċertu mħabba u jaraw valuri tassew b'saħħithom.

Hi tispiċċa l-messaġġ bil-kliem, "X'aħna sbieħ min jaf jarana." F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Malcolm l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ u sena mimlija b'ħafna affarijiet sbieħ!

Awguri Malcolm! Nittamaw li nkomplu naraw aktar xogħol u proġetti mingħandek!

Facebook / Malcolm Galea


Emil Calleja Bayliss