Illum jiċċelebra għeluq sninu Alfred Zammit. Żgur li nistgħu ngħidu li kulħadd sema’ dwar il-pożittività li l-preżentatur Alfred Zammit jipprova jwassal permezz tal-programmi tiegħu fejn spiss ifakkar li għandna nitbissmu u nevitaw in-negattività.
Alfred huwa wkoll is-Sindku tal-Kapitali Maltija, il-Belt Valletta li hija marbuta sew ma’ qalbu.
Iżda fatt interessanti dwar Alfred hija l-fidi li għandu. Tant li biex jiċċelebra dan il-jum speċjali għalih, talab biex il-barka tal-Mulej tinżel fuq kull min qed jara l-post tiegħu fuq facebook.
Ritratt li ħa fil-belt Valletta stess mill-Knisja ta’ Ġieżu quddiem il-Kurċifiss mirakoluż.
Aħna ta' Gwida.mt nawguraw l-isbaħ xewaqt lil Alfred Zammit.