Id-DJ popolari Alex Reflex Grech li huwa magħruf għall-'parties' b'mużika tal-80's u n-90's qed jiċċelebra għeluq is-7 snin mal-maħbuba tiegħu Charmaine Vella.

F'kumment ħelu li kiteb fuq facebook staqsa hux minnu li l-ewwel 7 snin huma l-aktar iebsa?

Mid-dehra kienu tajbin għaliex skont Alex u skont dawn is-7 snin sa issa, "mela suppost li tissaportini għomrok kollu issa", qal lil Charmaine.

U fil-ħajja mhux hekk irridu nagħmlu? Nieħdu paċenzja b'xulxin? Għax daqqa jien għandi raġun, daqqa int, u daqqa ħadd. L-għaqda fiha ħafna sabiħ!

Awguri mingħandna ta' Gwida.mt Alex u Charmaine!

Ritratt: Facebook/ Alex Grech


Clifford Galea