Kull tieġ bl-isfidi tiegħu iżda forsi l-isfida ta' dawn it-tnejn kienet aktar kbira minħabba l-istigma li teżisti dwar iż-żwieġ ta' żewġ persuni bi bżonnijiet speċjali. Hemm min jaħseb li għax wieħed ikollu xi kundizzjoni bħalma hi Down Syndrome, li dawn mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom.

Ritratt: Facebook / Maryanne & Tom

Maryanne u Tommy Pilling, kienu l-ewwel koppja bi bżonnijiet speċjali li żżewġu ġewwa r-Renju Unit. Ħafna nies ikkritikaw l-għażla tagħhom u kien hemm anke kummenti dwar kif iż-żwieġ taħhom mhux ħa jsalva. Il-koppja kontra dak li kien mistenni minn ħafna, għadhom flimkien aktar minn 22 sena wara.

Ritratt: Facebook / Maryanne & Tom

F'wieħed mill-anniversarji tagħhom kulħadd baqa' sorpriż bil-koppja meta ħarġu jiżfnu quddiem tant u tant nies, iżda huma kienu qishom jinsabu f'dinja għalihom. Meta tkellmet ma' independent.co.uk, Maryanne qalet li tħobb lir-raġel tagħhom ħafna, għaliha hu l-akbar ħabib tagħha u qatt ma jargumentaw.

Ritratt: Facebook / Maryanne & Tom

Hi kienet stqarret ukoll, li meta żżewġu għaliha kienet l-isbaħ ġurnata ta' ħajjitha. Kienet ixxukjata meta Tommy saqsa l-famuża mistoqsija imma ma kienx hemm għalfejn toqgħod taħsibha. Il-koppja joqgħodu weħidhom, biswit ma' oħt Maryanne li tgħinhom jekk jinqala' xi bżonn jew ieħor.

Ritratt: Facebook / Maryanne & Tom

Minn din ir-relazzjoni żgur joħroġ element pożittiv u l-istorja tagħhom tista' tkun ta' serħan il-moħħ għal ġenituri oħra. Każ ċar li l-imħabba tirbaħ fuq kollox, importanti li temmen u tħalli lil dak li jkun fil-libertà.

Facebook / Maryanne & Tom


Emil Calleja Bayliss