Bħal lum, 17-il sena ilu ħalla din id-dinja l-kantat u attur Mario Ellul.
Mario kien ħa sehem f’diversi sensiliet Maltin, fosthom Dejjem Tiegħek Becky, Villa Sunset u Żeża tal-Flagship. Kien jagħmel ukoll parti mill-bord tal-Maltasong li kienu jieħdu ħsieb lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.
It-tim ta’ Gwida.mt jsellem il-memorja ta’ Mario Ellul f’għeluq is-17-il sena mill-mewt tiegħu.