Ftit tal-ħin ilu, it-tabib Frank Portelli ħalla twissija fuq il-profil tiegħu. Twissija fejn jinsisti dwar l-importanza li naħdmu flimkien biex niġġieldu kontra kull kurrent. Kif rajna, meta kulħadd ħadem flimkien in-numri bdew neżlin.

Kmieni dalgħodu bdiet iddur l-aħbar li llum hemm rekord ta' każijiet. Numru li qatt ma rajna bħalu qabel u dan qajjem tħassib fost ħafna u ħafna nies speċjalment meta resqin viċin sabiex jinfetħu l-iskejjel u l-istudenti jmorru lura l-iskola.

Infakkru li ċ-ċifri uffiċjali joħorġu għan-nofs siegħa fuq il-paġna ta' Saħħa u hemm hekk biss wieħed ikollu konferma ta' kemm instabu każijiet ġodda tul l-aħħar 24 siegħa. Jidher li bħalissa r-rata ta' trażmissjoni tinsab ftit aktar minn wieħed.

Importanti li nieħdu l-miżuri kollha rrakkomandati.

Facebook / Frank Portelli


Emil Calleja Bayliss