Il-paġna Ġmiel Il-Pinna Maltija hi paġna li tippubblika poeżiji u kitbiet qosra u profondi bil-Malti. Illum fuq il-paġna nkitbet poeżija li forsi ħafna jistgħu jirrelataw magħha għaliex titkellem fuq l-imħabba li tweġġa’.

 Kitbu, “Jekk xi ġurnata...ma tisma' qatt aktar bija,

kun af - li mhux għax waqaft inħobbok.

Ħabbejtek b'qalbi kollha.

Kont tkun l-ewwel ħsieb kull filgħodu kif appena nqum,

u f'talbi kull filgħaxija.

 

Stajt nagħżel lil ħaddieħor.

Kelli opportunitajiet, kelli għażliet.

Imma bqajt nagħżel lilek.

Kull darba.

Anke meta tkissirt.

Anke meta int qatt ma kont tagħżel lili.

 

Bqajt.

Fost is-silenzju, fost l-uġigħ.

Bqajt inħobbok, fil-kwiet, sat-tmiem.

 

Għalhekk meta xi ġurnata nkun tlaqt...

Jalla li ssib il-paċi mingħajri –

Il-paċi li jien qatt ma kont kapaċi nagħtik.

Għax kulma ridt li int tħoss il-kuntentizza, anke jekk mhux miegħi.”

 

Facebook / Ġmiel il-Pinna Maltija


Gabriella Borg