Waħda mill-aktar aħbarijiet mill-baġit li ħafna nies qed jitkellmu dwarha huwa l-fatt li jekk twelidt fl-1976 jew wara, jeħtieġ li tħallas sena oħra ta’ NI qabel tirtira. Illejla, l-ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-perjodu stipulat ta’ kontribuzzjoni tas-sigurta soċjali ser ikun qed jiżdiet b’sena, jiġifieri minflok 41 sena ta’ kontribuzzjoni ser jibda jkun hemm 42. Din il-miżura ser tkun qed tolqot lil dawk il-persuni li twieldu fl-1976 jew wara.
Bosta min-nies ħaduha għall-midja soċjali biex jikkummentaw dwar dan. Bħalissa għaddej il-baġit għal 2025 u jista jiġi segwit dirett.