Is-solitudni kienet minn dejjem. Hi stat fil-ħajja tal-bniedem xejn tajjeb u meta wieħed ikun għaddej minnu, jeħtieġ li jfittex l-għajnuna minnufih.

Jekk inti għaddej minn din it-tip ta' sitwazzjoni importanti li ma ssofrix fis-silenzju. Il-Foundation for Social Wellbeing xerrdu filmat bit-tagħrif ta' kif persuna li għaddejja mis-solitudni tista' ssib l-għajnuna. In-numru 1772 qiegħed hemm biex inti b'xi mod issib nies li jgħinuk tagħmel kuraġġ u jservu ta' kumpanija.

Bħalissa bl-affarijiet kollha li qed jiġru speċjalment il-kriżi ta' saħħa, huwa faċli li moralment tħossok ħażin. Ara dan il-parir mingħand min lest li jgħinek, u agħmel kuntatt jekk tħoss li hemm bżonn!


Kyle Zarb