Laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Butternut fejn bdew billi qalu, “kienet maqbuda fi tmiem il-ġimgħa ġewwa n-Nadur Għawdex wara li rawha barra fid-dawl tax-xemx. Dehret li tinsab f’kundizzjoni tajba, imma l-fatt li kienet barra fid-dawl tax-xemx mhux normali għall-qniefed u normalment huwa indikazzjoni li hemm xi ħaġa ħażina. Fi ftit sigħat il-voluntiera tagħna ikkonfermaw li kellha ħafna dud.”
Żiedu, “parasiti fl-intern huma ormali għall-annimali s-slavaġ, imma xi drabi l-problema tikber ħafna tant li l-annimali ma jkunux jistgħu jissaportu. Il-parasiti mbagħad jieħdu l-kontroll u jibdew jikkawżaw bidliet fl-atteġjament u s-saħħa li jistgħu jikkawżaw il-mewt jekk jibqgħu bla trattament. Din iż-żgħira kienet b’xortiha tajba li xi ħadd lemaħa fil-ħin. Raha l-veterinarju tagħna u tinsab fit-triq tal-fejqan.”
Ħiedu, “jekk tilmħu qanfud fid-dawl tax-xemx, jekk jogħġobkom ċemplulna fuq 99999505. Anke jekk il-qanfud ikun jidher f’saħħtu, dawn huma annimali ta’ bil-lejl u mhux normali li jkunu barra filgħodu.”
Komplew billi żiedu jgħidu li kemm il-qniefed kif kull annimal li jsalvaw huma protetti bil-liġi u ma jistgħux jinżammu bħala annimali domestiċi jew li xi ħadd iweġġagħhom b’xi mod.