Bħalissa għaddej il-ġbid ta' film - dokudrama bl-isem ta' God's Soldier fiċ-Ċirkewwa li huwa bbażat fuq storja mill-Assedju l-Kbir tal-1565.

Dan il-film qed jinħadem f'Malta, fit-Turkija, l-Ingilterra u anke fl-Awstrija. Ta' unur il-fatt li kważi l-'cast' huwa kollu Malti b'atturi bravissimi bħal Davide Tucci, Sinclair Mifsud u Rudy Emmanuel Catania.

Din il-produzzjoni interessanti mistennija tixxandar anke fis-swieq internazzjonali lejn l-aħħar tas-sena 2020.

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tenniet li dan jagħmilha kburija b'pajjiżna fejn apparti li Malta se tintwera quddiem udjenzi internazzjonali, dan ix-xogħol se jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-istorja u ġrajjiet pajjiżna.

Prosit u awguri lill-kast kollu kif ukoll lil dawk kollha involuti!

Ritratt: Facebook/ Elizabeth Schuch


Clifford Galea