Kummidjant lokali ġo Los Angeles Joe Luna, li kien magħruf "Joe El Cholo" miet ftit jiem biss wara li ddokumenta l-esperjenza tiegħu bil-Coronavirus fuq il-midja soċjali.

Wara li ppubblika filmat fuq Instagram fil-21 ta’ Novembru, il-kummidjant ta’ 38 sena qasam l-esperjenza tiegħu mat-telespettaturi u enfasizza s-serjetà tal-marda tiegħu.

View this post on Instagram

A post shared by JOE LUNA (@joeelcholo)

"Jien ser nurikom il-vjaġġ tiegħi matul iż-żminijiet tajbin u ħżiena tiegħi għax kollox hu li nuri lis-segwaċi tiegħi kollox, jekk taħseb li Covid hija ċajta, jekk taħseb li dan mhux se tkun int ... emmnuni; tolqot lil kulħadd b'mod differenti. "

Huwa rrappurtat li daħal fiċ-Ċentru Mediku Globali ta’ Victor Valley ftit wara li kkuntratta l-Covid u miet fit-23 ta’ Novembru, jumejn biss wara li beda jiddokumenta l-esperjenza tiegħu.

It-tifel ta’ Luna Jose Talavera, li wkoll ittestja pożittiv għall-Coronavirus, iddeskriva l-kundizzjoni ta’ missieru. "Kien qisu l-pulmuni tiegħu kienu qed iweġġgħu aktar milli ħassejna lkoll qabel. Ilkoll kemm aħna kellna sogħla u għatis," huwa qal.

Talavera nnota wkoll li l-familja kollha kienet marida, iżda Luna kellu żmien partikolarment diffiċli minħabba l-problemi ta' saħħa preċedenti tiegħu peress li Luna kellu d-dijabete.

"Għall-funeral tiegħu, ma jrid lil ħadd jibki u allura se nagħmlu spettaklu għax hekk kien jixtieq hu. Huwa ried li n-nies jidħku u jiddevertu", qal Talavera.

Il-familja waqqfet paġna GoFundMe biex tgħin tkopri l-ispejjeż tal-funeral.

Instagram / John Luna


Emil Calleja Bayliss